Id-deputat chairman ta’ Al Faisal Holding, Mohamed Bin Faisal Al Thani, qal li wara żjarat li kellhom f’Malta, il-kumpanija irrealizzat il-potenzjal li għandu pajjiżna.
F’investiment bla preċedent għall-gżejjer Maltin, il-kumpanija Al Faisal se tinvesti fil-bank Banif, li jopera f’Malta.
Bħalissa Al Faisal Holding, li tiddiversifika ħafna l-investimenti tagħha, qiegħda tesplora x’investimenti tista’ tagħmel, u temmen li għar-reġjun tagħha Malta huwa pajjiż ideali. Fost l-attrazzjonijiet f’din l-intervista qasira, id-deputat chairman semma s-sigurtà u l-pożizzjoni ġeoloġika ta’ Malta. Qal li ċert li se jkun hemm ħafna aktar investiment f’pajjiżna.