Studenti tal-MCAST ingħaqdu flimkien fi gruppi biex jiffurmaw prodott finali ta’ livell li jkun kapaċi jinfiltra fis-suq. Fost l-iktar studenti sodisfatti kien hemm dawk li ngħataw premju ghax l-proġett tagħhom intgħażel bħala l-aqwa wieħed fost għexieren ta’ proġetti.
Kompetizzjoni li ffukat fuq bosta oqsma, ewlenija fosthom it-teknoloġija informatika, l-arti kreattiva, x-xjenza, il-midja u l- immaniġjar tan-negozju.