Is-servizzi tal-Comm Care se jibdew joperaw minn post wieħed dan hekk kif infetaħ post ġdid li minnhu se tkun qed topera l-amministrazjoni ta’ servizzi differenti li jiġu offruti fil-Komunita f’Ħal Qormi.
Dan ifisser li dawk is-servizzi li kienu qed jingħataw f’postijiet żgħar u lokalitajiet differenti issa se jkunu qed jingħataw f’post wieħed.
It-tim tal-CommCare jikkonsisti f’numru ta’ infermiera, fiżjoterapista, carers, occupational therapists u social workers. Liema ħaddiema jiżguraw li flimkien jagħtu l-appoġġ neċċessarju lil dawk kollha li għandhom bżonn xi tip ta’ assistenza fi djarhom u li ma jistgħux joħorġu minn djarhom.
Il-CommCare bħalissa qed tirċievi talbiet għas-servizzi tagħha mill-entitajiet tal-Gvern kollha flimkien ma’ sptarijiet, ċentri tas-saħħa, tobba privati u organizazzjonijiet mhux governattivi fost oħrajn.
Dan ifisser li l-pubbliku se jkun qed igawdi minn servizz ċentralizzat biex jitejjeb is-servizz li qed jibbenefikaw minnhu eluf ta’ persuni. Dan iċ-ċentru, se jkun qed jassigura servizz aktar effiċjenti u effettiv.