“Malta has a very business friendly environment, the rule of law is exceptionally strong, so as a business investor I am quite confident working in Malta.”
Kliem il-Kap Eżekuttiv ta’ GO, meta l-Ħamis filgħodu dawwar lill-Prim Ministru Joseph Muscat mat-toroq ta’ Santa Luċija biex ġie spjegat dettalji dwar investiment ta’ €100 miljun għal konnettività aħjar fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin.
Nikhil Patil stqarr ma’ one.com.mt li karatteristiċi bħal dawn jagħmlu lil Malta ċentru Mediterranju fid-dinja teknoloġika.
“What we are building at GO is infrastructure that supports all the business activity that comes to Malta and being ready for the digital revolution, you need an infrastructure which is driven by fibre,” qal is-Sur Patil.
Is-Senior Manager ta’ GO – Steven Sargent – spjega li madwar il-pajjiż qed tiġi installata infrastruttura li se twassal fibra diretta fid-djar u komunitajiet tan-negozju.
“Din il-fibra b’din it-teknoloġija, il-klijenti tagħna jkunu qed igawdu minn speed ta’ internet iktar tajjeb ma ninsewx li llum id-dinja sejra iktar ’il quddiem dejjem trid iktar komunikazzjoni bejn in-nies u minbarra komunikazzjoni bejn in-nies biss hemm ukoll bżonn komunikazzjoni bejn il-magni bejniethom so inti trid speed biex tikkomunika aħjar,” spjega s-Sur Sargent.
“It-teknoloġija hija wkoll iktar eco-friendly għax ma jkollhiex bżonn ħafna batteries u ħafna elettriku f’cabinets fin-nofs tal-infrastruttura għax tiġi powered dejjem minn ġod-data centre tal-GO u terġa’ tiġi powered darba oħra biss fid-dar tal-klijent,” kompla jgħid Sargent.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar dan l-investiment privat – li qed jara li l-komunitajiet kollha f’Malta u Għawdex ikollhom l-aqwa konnettività possibbli.
Hawnhekk, bi pjaċir innota x-xogħol li qed isir f’Santa Luċija u mhux biss f’lokalitajiet assoċjati max-xogħol u n-negozju.
“Naħseb it-tfal u ż-żgħażagħ l-ewwel li ħa jindunaw bil-kambjament imma din hija fl-aħħar mill-aħħar titjib fil-kwalita tal-ħajja,” qal il-Prim Ministru.
Sa issa hawn madwar 85,000 elf dar f’pajjiżna li qed jesperjenzaw din it-teknoloġija, u l-ħsieb hu biex sal-aħħar ta’ din is-sena, dan in-numru jitla għal mitt elf – ekwivalenti għal ħamsin fil-mija tal-gżejjer Maltin.