L-Enemalta ħarġet sejħa għall-offerti biex jiġi mmodernizzat u msaħħaħ iċ-ċentru tad-distribuzzjoni ewlieni li jinsab biswit l-Isptar Mater Dei, f’Tal-Qroqq.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-kumpanija spjegat li dan qiegħed isir biex ikompli jissaħħaħ s-servizz tal-elettriku f’San Ġwann, Santa Venera, l-Imsida, Birkirkara, s-Swatar u żoni oħrajn fl-inħawi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din is-sejħa tagħmel parti mill-investiment qawwi favur is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl f’pajjiżna, b’investiment ta’ €90 miljun fuq perjodu ta’ sitt snin.