Ġie inawgurat iċ-ċentru l-ġdid għall-mediċina molekulari u biobanking, wara investiment konġunt ta’ €6.5 miljun mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Università ta’ Malta.
Se jkun hawn 25 laboratorju ġdid u mill-iktar modern. Ir-riċerka se ssir minn firxa ta’ studenti mill-fakultà tal-medicina, bħal farmaċija, kif ukoll mil-fakultà tax-xjenza.
Id-dipartiment il-ġdid mistenni jsarraf fi żviluppi kummerċjali ġodda minn kumpaniji lokali li se jagħtu spinta ‘l quddiem lill-qasam tas-saħħa u l-qasam ekonomiku.
Permezz ta’ dan l-investiment ikunu mħeġġa iktar xjentisti f’Malta li r-riċerka tagħhom tibbenefika lill-pajjiżna.