Biswit ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule, ġie inawgurat ċentru ta’ eċċellenża li joffri terapija speċifika u speċjalizzata lil persuni li għandhom diffiklutajiet fit-taħdit u s-smigħ.
Iċ-ċentru ser jikkordina 88 ċentru ieħor li jinsabu mifruxin madwar Malta u Għawdex u ħa joffri attenzjoni speċjalizzata kif ukoll taħriġ.
Dr Rita Micallef, il-kap tad-dipartiment qalet li ċ-ċentru se joffri bosta servizzi ġodda għall-persuni b’diffikultajiet fit-taħdit u nuqqas ta’ smigħ.
Għandna wkoll clinics speċjalizzati bħalma hu l-clinic ta’ dawk li għandhom ‘hearing impairment’ u anka dawk li kellhom ‘cochlear implaint.’ Clinic ieħor għandu x’jaqsam mat-temtim u clinic ieħor għandu x’jaqsam ma’ ‘augmentitive and alternative communication.’ Is-servizzi tagħna huma kollha speċjalizzati imma dawn il-clinics ser joffru iżjed bħala konsulenza, ser joffru terapija li hija speċifika u speċjalizzata
Waqt li tat ħajt lil l-ispeach pathologists għad-dedikazzjoni tagħhom, qalet li dan huwa l-ewwel ċentru ta’ eċċellenza li ngħata ċertifikazzjoni mill-MCCAA għall-istandards li laħaq.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista qal li dawn l-istandards jagħtu serħan il-moħħ kemm lit-tabib kif ukoll lill-qraba tal-pazjent.
Dan ifisser li l-eċċelenza li qed joffri dan is-servizz mhux biss fuq il-karta iżda juri li laħqu ‘standards’ ewropej u oltre. Dan iċ-ċertifikat juri li dawn l-‘istandards’ li ntlaħqu minn dan iċ-ċentru bżonnjuz ħa jibqgħu jiġu audited u jibqa’ jimprovja ‘as we go along.’
Id-deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li dan iċ-ċentru jara ’l fuq minn sebgħin elf pazjent fis-sena.
Aħna fil-qasam tal-kura primarja noffru mhux biss servizz ta’ kura ta’ mard imma anka għal persuni li jkollhom problemi fl-‘ispeech,’ biex jifthemu, speċjalment it-tfal. Filfatt id-dipartiment tal-‘ispeech language pathology’ jara il-fuq minn 70,000 pazjent fis-sena mingħajr’ waiting lists.’ Allura aħna komplejna nibnu fuq dan.
Il-Ministru Fearne temm jgħid kif qed issir ħidma sabiex iċ-ċertifikazzjoni miksuba tidħol fl-oqsma kollha tas-saħħa.