Ser jerġa’ jingħata l-ħajja Ċentru Santu Rokku fil-Belt; b’investiment ta’ €288,000 mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Permezz ta’ dawn il-fondi, din il-propjetà tal-Parroċċa Kolleġġjata tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li tmur lura għas-Seklu 18, ser tiġi rrestawrata biex tilqa’ fiha bosta persuni fosthom tfal u żgħażagħ Beltin.
ONE NEWS tkellem ma’ Maurizio Lapira, it-team leader tal-proġett TEEN Klabb li huwa programm ta’ prevenzjoni u qal li permezz ta’ dan il-proġett ser igawdu aktar minn 80 żagħżugħ u żagħżugħa li jiffrekwentaw dan il-post.
“Teen club huwa proġett ta’ prevenzjoni li inti għandek post safe u training u dawn iż-żgħażagħ jistgħu jirrelataw b’outing u jaħdmu il-curriculum tagħna huwa n-needs taż-żgħażagħ.
Iċ-Chairman tal-Fond tal-Iżvilupp u Pjanar Vincent Cassar qal li permezz tal-Fond tal-awtorità li hu ffinanzjat mill-ħlasijiet li jsiru mill-iżviluppaturi qed igawdu diversi komunitajiet f’Malta. Qal li sa issa diġa tqassmu mat-€3 miljun li marru għal total ta’ 35 proġett:
“Meta jiġu b’xi progett nsaqsuhom għalfejn dan il-proġett u l-komunita’ x’ħa tieħu lura? Il-komunita’ tal-Belt ser jieħdu xi ħaġa lura – hemm foundation wara dan il-proġett ġa bdew l-attivitajiet kien hemm xi ħaġa li ġa bdiet, li ser tkompli u li ser thalli l-frott lill-komunita’ dan huwa l-għan tagħna.
Malli tħabbret l-inizjattiva ta’ restawr, il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-Awtorita’ tal-Ippjanar iffirmaw il-ftehim li huwa l-pont ewlieni għal dan il-proġett.
Preżenti kien hemm il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg flimkien mas-Segretarji Parlamentari Chris Agius u Silvio Parnis fejn saħqu dwar l-importanza li jkun hawn inizjattivi ta’ din ix-xorta bil-għan li jinħoloq sens ta’ inklużjoni fil-komunità.