F’Ħal Far se jinħoloq ċentru ta’ inkubazzjoni tan-negozju biex jgħin start-ups jespandu fl-operat tagħhom.
Il-Gvern, permezz tal-INDIS, se jkompli jassisti lin-negozji b’investimenti f’żoni industrijali, inkluż ħidma fuq SME Park f’Ħal Far, għal negozi bħal panel beaters, mastrudaxxi, sprayers u oħrajn, anke biex dawn jimxu minn żoni residenzjali.
Filwaqt li sar investiment ta’ €12-il miljun fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali, qed jitħejjew pjani ta’ promozzjoni għall-2025.
Ġiet imnedija wkoll pjattaforma ġdida, Invest Gozo, li qed tipprovdi b’informazzjoni siewja fir-rigward ta’ investiment, xogħol u studju fil-gżira Għawdxija.