Se jkunu qed isiru erba’ ċentri tal-votazzjoni għal min hu jew se jkun pożittiv għall-COVID-19 jew kwarantina mandatorja bejn it-12 ta’ Marzu u l-25 ta’ Marzu.
Il-Kummissjoni Elettorali u l-Awtoritajiet tas-Saħħa se javżaw lil persuni konċernati f’liema ċentru għandhom imorru jivvutaw fil-Jum tal-Votazzjoni.
Is-Supretendanza tas-Saħħa se tgħaddi l-lista lill-Kummissjoni Elettorali bil-persuni pożittivi u kwarantina sal-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fid-21:00.
Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista qal li ħadd minn dawk li huma pożittivi jew kwarantina ma għandu jmur fil-post tal-votazzjoni ndikat fuq id-dokument tal-vot.
“Dan se jsir permezz ta’ postijiet ta’ votazzjoni apposta li jgħidulhom drive through bħal meta tmur tieħu swab test. Se jkun hemm l-AECs wara l-ħġieġa u oħra li se tkun libsa lbies protettiv.”
Gatt qal li dawn iċ-ċentri se jkun fi Smart City, Ta’ Qali, il-Life Sciences Park u fix-Xewkija Għawdex.
“Dawn il-persuni se jkunu qed jivvutaw fid-distrett li wieħed hu reġistrat fuqu jiġifieri jekk it-tieni distrett se jivvota fuq il-polza tat-tieni distrett u se jintużaw il-mixed boxes.”
Kull minn hu pożittiv għal COVID-19 jew kwarantina se jkollu l-opportunità wkoll li jivvota ġimgħa qabel jiġifieri nhar is-19 ta’ Marzu.
Biex wieħed jagħmel dan irrid jibgħat email fuq covid-19.electoral@gov.mt sal-Ġimgħa 18 ta’ Marzu f’nofsinhar.
Intant, votanti li jagħżlu li jibbenefikaw minn ħruġ kmieni mill-kwarantina xorta waħda ser ikunu jistgħu jivvotaw biss fiċ-ċentri mwaqqfa għal tal-apposta u mkien iktar.
Min ser ikun qed jiġi minn barra biex jivvota u jrid jagħmel kwarantina mandatorja, għandu jagħmel l-arranġamenti minn qabel biex jivvota f’wieħed minn dawn iċ-ċentri. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jagħmel kuntatt mall-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 20901531 jew 20901528.