Ir-reazzjoni tal-11-il deputat Nazzjonalista li qed jopponu lil Delia wasslet ukoll għal reazzjoni min-nies qrib sew tal-kap fosthom tal-kanvaser tiegħu Vincent Borg magħruf bħala Censu l-Iswed.
Fuq il-profil tiegħu huwa sejjaħ lil dawn id-deputati b’bosta aġġettivi fosthom cowards u cyber babies għax qal li flok qed ipoġġu d-differenzi li għandhom fil-ġenb u jaħdmu biex jirrappreżentaw lill-partitarji tagħhom, qed jingħu għax m’għadditx tagħhom.
Waqt li sejjaħ l-atteġġjament tagħhom bħala disgustanti, huwa żied iwissi li ta’ Delia jafu min huma dawn il-ħdax-il deputat u appella biex kull min jappoġġjaw lill-Kap jagħmel share tal-messaġġ tiegħu bl-Ingliż.
Fl-istess waqt sejjaħ lil dawn il-11-il deputat bħala crooks, l-istess aġġettiv li Daphne Carauana Galiza kienet tirreferi għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.