Miċ-Ċensiment li ġie ppubblikat ftit tal-jiem ilu ħareġ li fir-residenzi madwar Malta u Għawdex hemm medja ta’ 2.4 residenti.
Dan filwaqt li dawk li jgħixu waħedhom f’residenzi kienu jgħoddu għal aktar minn 70,123 ruħ, li jgħoddu għal terz tar-residenzi.
Residenzi li jokkupawhom żewġ persuni kienu jgħoddu għal aktar minn 62,408.
Residenzi li jgħixu fihom tliet persuni kienu jgħoddu għal kważi 39,738, waqt li dawk b’erba’ persuni fihom jgħoddu għal kważi 29,823.
Residenzi b’ħames persuni jgħixu fihom jammontaw għal ftit inqas minn 8,975. Waqt li dawk li residenzi b’aktar minn ħames persuni jgħixu fihom, kienu jgħoddu għal aktar minn erbat elef u sitt mitt persuna.
Minn dan iċ-ċensiment ħareġ ukoll li f’84% tar-residenzi primarji Maltin hemm is-sistemi tal-arja kkundizzjonata. Dan ifisser żieda sinifikanti ta’ tnejn u tletin fil-mija, meta mqabbel maċ-Ċensiment tal-2011. Dan hekk kif ir-rata hawnhekk kienet ta’ ftit aktar minn tnejn u ħamsin fil-mija.
Dan filwaqt li b’mod sinifikanti żdied ukoll l-internet fid-djar residenzjali. Dan b’rata ta’ aktar minn wieħed u tletin fil-mija, meta mqabbel maċ-Ċensiment tal-2011. Fl-aħħar Ċensiment, jiġifieri dak tal-2021, ir-rata kienet tiżboq aktar minn tmienja u tmenin fil-mija, waqt li dak ta’ diċenju qabel kien ta’ ftit iżjed min-nofs ir-residenzi primarji.