“Milli jidher daħal xi pokemon rari fil-knisja tagħna.” Hekk kiteb fuq facebook il-kapillan tal-paroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta.
Dan fid-dawl li jidher li din il-logħba, li issa tassew jidher li fixklet lin-nies, qiegħed iġiegħel lil ħafna jagħmlu dak li qatt m’għaddilhom minn moħħhom. Saħansitra jċemplu lill-kappillan Deo Debono biex jaraw x’ħin tiftaħ il-Knisja ħalli jkunu jistgħu imorru jaqbdu dan l-imbierek pokemon. Jekk kinux qed jiġbdu saqajn il-kappillan jew le ma nafux. Iżda, jidher li l-kappillan ħadha b’mod leġġer. Fil-fatt kiteb:
“Għidtlu: X’ Pokemon hu? Qalli: Għandkom wieħed rari fil-Knisja! Għidltu: Dak Patri Żaren! Lol! La ngħid lill-Patri Żaren aqta kemm jidħak”