Raġel ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq akkużat li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu u ċempilha ħamsa u erbgħin darba.
Dan ġara tnejn u sebgħin siegħa wara li nħeles mill-arrest preventiv, hekk kif f’Jannar li għadda kien tressaq il-Qorti mixli li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu u kien inżamm arrestat.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.