Iċ-Ċina qed tipprova tikkumbatti l-virus li nħakem fil-provinċja ta’ Hubei hekk kif miljuni ta’ Ċiniżi jinsabu bi preparamenti sabiex jiċċelebraw is-sena Lunari.
Beijing u Hong Kong kkanċellaw diversi avvenimenti u festi li kienu ppreparati sabiex jipprevjenu folol kbar. Dan minħabba li dan il-virus faċilment jittieħed minn persuna għall-oħra. Diversi ibliet fil-madwar saħansitra ssospendew it-trasport pubbliku. Din ir-restrizzjoni fl-ivjaġġar ser tkun qed taffettwa minn tal-inqas 20 miljun persuna f’10 ibliet inkluż il-Kapitali Wuhan fejn imerġa l-virus.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, l-awtoritajiet Ċiniżi saħħqu li r-rata ta’ mwiet kawża ta’ dan il-virus tela’ għal dak ta’ 26 b’830 każ ikkonfermati. 177 minhom jinsabu f’qagħda serja filwaqt li 34 ingħataw il-kura meħtieġa.