Fi żmien il-Milied l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jmexxi għadd ta’ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dawn jibdew f’lejlet il-Milied u huma miftuħin għall-pubbliku.
Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied u wara jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili f’lejlet il-Milied, fil-5:15pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann,il-Belt Valletta. Wara, fil-11:00pm, jibda l-Uffiċċju tal-Qari u kant ta’ għanjiet tal-Milied, u ssir l-prietkatat-tifel fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.
F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebraquddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjon tar-radju RTK 103.
It-Tnejn 25 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa fis-Solennitàtat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu f’Jum il-Milied fid-9:30am, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjontar-radju RTK 103.
Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Allafi tmiem is-sena u fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum u tingħata l-BarkaSagramentali. Din se ssir fis-5:45pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
It-Tnejn l-1 ta’ Jannar 2024, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità ta’Marija Omm Alla u fil-Jum Dinji tal-Paċi fid-9:30am, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjon tar-radju RTK103.
ll-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Epifanijamill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt,Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjon tar-radju RTK 103