“Kienet okkażjoni mill-isbaħ illum, l-ikla li CareMalta organizzaw għar-residenti koppji tagħhom.
Ċelebrazzjoni tal-imħabba u r-rispett li jgħixu ta’ kuljum.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan kien il-kliem ta’ mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, li llum attendiet ikla organizzata minn CareMalta, għall-koppji kollha residenti fil-faċilitajiet tagħhom.
Matul iż-żjara tagħha Dr. Lydia Abela ltaqghet u tkellmet ma’ kull koppja filwaqt li ppreżentatilhom fjura bħala simbolu tal-imħabba ta’ bejnithom.
L-ikla saret f’Villa Messina fejn inħolqot atmosfera romantika iżda ta’ ċelebrazzjoni, biex il-koppji jkunu jistgħu jiċċelebraw l-imħabba tagħhom, f’San Valentinu: il-jum sinonimu mal-maħbubin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14181735/Lydia-abela2-1024x682.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14181554/331400682_726309025573770_5223993280271324064_n-1-1024x682.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14181620/330969567_2586143464859681_1333072643923368700_n-1-1024x682.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14181604/331062989_1269052796978316_7483413079747599595_n-1-1024x682.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/17094709/MC3_6257-1024x683.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/17094734/MC3_6249-1024x683.jpg)