Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm id-diskors tiegħu f’Marsaxlokk bl-aħbar li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju, jiġifieri Jum il-Ħaddiem se jsiru l-Belt Valletta. Din hija aħbar li niżlet għasel man-nies hekk kif il-festa ta’ Jum il-Ħaddiem tfakkar is-sagrifiċċju u l-bżulija tal-ħaddiem Malti tul sena sħiħa.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħeġġeġ lil dawk preżenti u dawk kollha li jemmnu fl-importanza tal-ħaddiem biex nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju jingħaqdu maċ-ċelebrazzjonijiet li ser ikun qed jorganizza l-Partit Laburista biex jagħti ġieħ lill-ħaddiema kollha.