Miżura oħra li se tkun imwettqa hija li se tkun qed tkompli titnaqqas it-taxxa fuq ix-xogħol.
Dan it-tnaqqis ta’ ħlas ta’ taxxa, se jingħata lil kull ħaddiem li jaqla’ inqas minn €60,000. Għall-ewwel darba se jiddaħħal ukoll il-prinċipju li anke dawk il-ħaddiema li ma jħallsux taxxa, se jibbenefikaw.
Fil-fatt dawk bl-inqas dħul se jingħataw l-massimu ta’ din l-għotja.
Għas-sena d-dieħla, kull min jaħdem, sew jekk full-time jew part-time, se jirċievi ċekk ta’ darba fejn l-ammont li se jitħallas ikun ivarja minn €40 għal massimu ta’ €68, skont id-dħul gross mix-xogħol tal-individwu li jkun daħħal fis-sena ta’ qabel.
B’din il-miżura, li se tiswa lill-Gvern €10.6 miljuni, se jibbenefikaw ftit inqas minn 200,000 persuna li qegħdin fis-suq tax-xogħol.