Ċek li allega li nħataf f’Għawdex u li ġie mġiegħel jiffirma dokumenti inkriminanti meta ġie arrestat fuq Mandat ta’ arrest Ewropew lura f’Jannar tal-elfejn u tmintax tilef appell kontra l-estradizzjoni tiegħu.
Madankollu, jista’ jkun illi se jiskonta s-sentenza tiegħu ġewwa pajjiżna.
Marek Drga huwa mfittex mill-awtoritajiet Ċeki biex jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs talli kien involut f’evażjoni tal-VAT u frodi.