Is-Sinjura Cathy Ward inħatret bħala Kummissarju Għoli tar-Renju Unit għar-Repubblika ta’ Malta.
Ward ser tibda xogħolha bħala Kummissarju Għoli fix-xahar ta’ Settembru.
Is-Sinjura Ward ser tieħu post is-Sur Stuart Gill li ser ikun qed jirtira mis-Servizzi Diplomatiċi.
Mill-2017 s’issa, is-Sinjura Ward kienet qiegħda sservi bħala Ambaxxatur għal Quito fl-Ekwador.