Probabbli mhux l-ewwel darba li kotn miexi fit-triq u rajt xi ferħ ta’ qattus, probabbilment abbandunat. Huwa probabbli ukoll li dan l-istess ferħ spiċċa għand Miriam Spiteri,ħaddiema tal- Animal Welfare, li kompliet tagħti l-għajnuna u l-imħabba lejn il-qtates saħansitra barra mill-ħin u l-post tax-xogħol.
Huma bosta dawk li jaddottaw xi ferħ ta’ qattus ta’ madwar erbgħa ġimgħat biex irabbih bħala pet.
Miriam Spiteri, ħaddiema mal-Animal Welfare, għamlet dan għal għexieren tad-drabi u dan biex isalva qtates żgħar li jkunu spiċċaw mingħajr omm. Dan għamlitu wkoll f’dawk li mhumiex il-ħinijiet normali tax-xogħol.