Fi tmiem il-ġimgħa, l-lokalità ta’ Ħal Qormi se tkun qed toffri xalata ta’ kultura, spettaklu u tradizzjonijiet Qriema madwar it-toroq ewlenin.
Dan fl-attività, Casal Fornaro, fejn iċ-ċentru se jkun il-ħobża Maltija tradizzjonali. Din se tkun l-għaxar edizzjoni ta’ din l-attività, organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi bl-għajnuna tal-Kunsill u l-kumpanija Maypole.
Is-Sindku ta’ Ħal Qormi, Rosianne Cutajar, qalet li din l-attività sena wara l-oħra baqgħet tiġġedded u tattira eluf ta’ Maltin, Għawdxin u turisti f’Ċitta Pinto. Hija stqarret li Casal Fornaro hija vetrina ta’ tradizzjonijiet, użanzi, storja, kultura, divertiment u ikel. “Ovjament ma jonqosx l-ħobż Qormi li tant niftaħru bih” temmet tgħid is-Sindku.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li din hija okkażjoni fejn il-Qriema jistgħu jesponu l-prodotti artiġjanali u tradizzjonali Maltin.