L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa se jissokta bil-kampanja tieghu ta’ tfigh ta’ tajn u hmieg kontra Malta meta dalghodu se jindirizza konferenza stampa li matulha mistenni “jippubblika” rapport inkonklussiv tal-FIAU.
Dan ir-rapport li Casa ilu jxejjer f’idejh xhur sħaħ, diġa’ ġie miċħud mill-agenzija FIAU u saħansitra ntqal li r-rapport li jirreferi għalih Casa, huwa wieħed li mhuwiex finali.
David Casa huwa l-istess MPE parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet Malta fuq missjoni ta’ “tfittxija għall-fatti”. Din il-missjoni rriżulta li kellha diġa’ l-konklużjonijiet dwar Malta lesti li anke saħansitra nkludew ammont ta’ informazzjoni skorretta fir-rapport finali.
Casa kien wieħed mill-awturi ewlenin li mbotta biex dan ir-rapport ikun wieħed iebes fuq pajjiżna u kien strumentali biex imbotta konklużjonijiet li huma parti min-narrattiva politika li bniet l-armata ta’ Simon Busuttil.
Delia bla kontroll
Il-ġurnal l-orizzont għandu tagħrif li David Casa qed jieħu l-istrateġija tal-PN dwar dan il-kaz f’idejh tant li qas qed jikkalkula lill-Kap tieghu stess.
Huwa fatt maghruf li Delia u t-team tieghu jafu li dawn it-taparsi rapporti u qlajjiet mhuma jghinu xejn il-kawza politika tal-Partit Nazzjonalista. Anzi jkomplu jdghajfu lil Delia li qed jidher minghajr kontroll tal-Parit Nazzjonalista.
L-unika triq ghal Delia qed tkun li jhalli nies bhal Casa jaghmlu li jridu filwaqt li l-Kap jipprova jitkellem fuq materji differenti. Nies qrib Il-Kap qed iwissuh li jekk irid rizultat differenti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ftit iktar minn sena ohra u jsalva gildu bhala Kap tal-PN jehtieg jiehu kontroll ta’ dawn l-individwi malajr kemm jista jkun.