Waqt il-programm Dissett tal-bieraħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kellu rwol importanti f’li jara li n-nomina ta’ Tonio Borg fil-Kummissjoni Ewropea tkun approvata.
Iżda l-kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fl-Ewropa David Casa għoġbu jgħid li din hija ‘gidba’.
Wieġbu Joseph Cuschieri, filwaqt li sostna li ma jixtieqx jidħol f’kontroversji politiċi u partiġġjani minħabba r-rowl tiegħu llum.
“…nikkonferma dak li qal Dr Joseph Muscat il-bieraħ fil-programm Dissett, jiġifieri li dak iż-żmien Dr Muscat bħala Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista kien tani direzzjoni diretta u ċara, u ċioe li biex jien u sħabi MEPs Maltin fi ħdan il-Grupp tas-Soċjalisti nivvutaw u naħdmu għal vot favur in-nomina ta’ Dr Tonio Borg bħala Kummissarju Ewropew ta’ Malta”.
Cuschieri mhux waħdu li jipponta lejn il-verità. Artiklu ta’ Ivan Camilleri juri iswed fuq l-abjad dak li issa Casa qed isejjaħlu gideb.
Ironikament Casa, rappreżentant tal-Ewroparlamentari Maltin li qed jagħmlu minn kollox biex itappnu isem il-pajjiż, sostna li bin-nomina ta’ Leo Brincat saret ħsara immiżurabbli lill-pajjiż. Dan meta Brincat illlum huwa parti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, minkejja li vvota kontrih il-Partit li fih huma influenti Casa u l-kollegi Maltin tiegħu fl-Ewropa.