David Casa rtira mit-tellieqa għal Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Kariga li ilu snin twal jimmira għaliha. L-iskuża li ġab il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew hi li hemm bżonnu Brussell. Iżda r-realtà tmur lil hinn min hekk. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew li kibret il-biża’ ta’ Casa li jitlef it-tellieqa wara l-elezzjonijiet għall-eżekuttiv fejn telgħu ħafna nies li żgur mhux se jappoġġjaw lilu. Internament qed jingħad ukoll li anke kieku jiżgiċċa u jirbaħ ma kinetx tkun ‘worth it’ għal Casa li jitlef il-perkaċċi li għandu fi Brussell biex jiġi fil-PN ta’ Adrian Delia fl-istat li qiegħed illum.