David Casa huwa l-aħħar persuna li jista’ jitkellem dwar fatti u l-istqarrija li ħareġ l-aħħar hija surreali kif ukoll konferma li m’għandu l-ebda kredibilità. Stqarr dan il-Partit Laburista fi stqarrija.
Għal xhur sħaħ flimkien ma’ kollegi tiegħu mill-Partit Nazzjonalista, Casa kien parti minn kampanja politika ibbażata fuq dokumenti foloz li allegaw li Egrant tappartjeni għall-Prim Ministru u membri tal-familja tiegħu.
Dan kollu kien ippruvat li kien gidba minn inkjestà indipendenti iżda Casa jippreferi li jinjora r-riżultat ta’ din l-inkjesta meta r-riżultat finali ma jgħoġbux. Madanakollu kellu l-ardir li joħroġ stqarrija fejn qal li l-fatti huma sagri.