Spiċċat l-ewwel sessjoni tal-kumitat Pana, tal-Parlament Ewropew. Dan huwa kumitat li twaqqaf wara l-Panama Papers bl-iskop li janalizza s-sistemi finanznarji u taxxa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Edward Scicluna kien l-ewwel li tkellem illum, fis-sessjoni li qed issir fil-Parlament. L-uniku persuna li semma il-każ ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kien il-membru Ewro-Parlamentari Nazzjonalista David Casa.
Jidher li l-kumitat Pana mhux qed joqgħod għall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista u qed jiffoka fuq is-sistema ta’ taxxa lokali, li ilha fis-seħħ għal snin. Il-mistoqsijiet mhumiex faċli, imma l-Ministru Sclicluna preparat u s-sessjoni qed tkompli mal-Kummisjoni tat-Taxxi Interni.
Minn informazzjoni li qed taslilna wara kull sessjoni, jirriżulta li David Casa biss qed jibqa’ jinsisti li jkun partiġġjan, u waħdu qed jibqa jistaqsi dwar każijiet speċifiċi.