Daphne Caruana Galizia waslet il-Qorti biex tidher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Dan wara li kienet imħarrka mill-pulizija biex tgħamel dan.
Iżda mat-Times of Malta Caruana Galizia qalet li mhi se tgħid xejn ġdid. Daphne Caruana Galizia diġà kienet irrifjutat li tidher quddiem l-inkjesta li qed jagħmel il-Maġistrat dwar allegazzjonijiet li għamlet hi stess. Allegazzjonijiet li qed jirriżulta iktar minn qatt qabel li huma foloz. Din l-inkjesta sejħitilha ‘SHAM’.
Tant li għall-bidu, ikkonfermat li mhux se tidher quddiem il-Maġistrat. Fuq il-blog qalet li meta ċemplulha l-Pulizija biex tidher quddiem il-Maġistrat, hi wieġbet li ma setgħetx tmur u skont hi għamlitha ċara li min hu investigat hu obbligat li jmur u mhux hi. Saħansitra talbet lill-Maġistrat jiktbilha formalment jekk irid xi rispons mingħandha.
Skont hi huwa ħażin li ġurnalist jitkellem ma’ maġistrat inkwirenti għax ġurnalist jiddependi fuq is-sors. Simon Busuttil, ftit wara, qal li jekk isejħilha l-Maġistrat, Daphne għandha tmur tissostanzja l-allegazzjonijiet li qed tagħmel.
‘Allaħares le’ qal Busuttil. Kien għadu ma jafx li Daphne rrifjutat li tmur.