Carmen Ciantar ħabbret li se tidħol lura fil-kariga tagħha ta’ Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Fi stqarrija maħruġa t-Tnejn filgħodu, Ciantar qalet li, fi kliemha, il-verità u l-integrità tagħha rebħu fuq kampanja kbira ta’ gideb kontriha.
Hi rreferiet għall-allegazzjonijiet serji li kienu saru fil-midja Pakistana.
F’din l-istqarrija, Ciantar sostniet li malli ħarġu dawn l-allegazzjonijiet gravi, hi minnufih issospendiet lilha nnifisha mill-kariga biex tkun tista’ tiddefendi l-integrità tagħha, tal-Ministeru għas-Saħħa u tal-Gvern kollu kemm hu.