Waqt li fis-seduta Parlamentari tal-Erbgħa kienet qed tiġi diskussa l-liġi tal-anti-SLAPP, id-deputat Laburista Carmelo Abela beda jirrakkonta meta l-eks deputat Nazzjonalista u l-avukat tal-Għaqda Repubblika, Jason Azzopardi nstab ħati mill-Qorti dwar gideb u malafama fil-konfront tiegħu.
F’dan il-ħin, id-deputat Carmelo Abela ġie emozzjonat, bid-deputati tan-naħa tal-Gvern kienu ta’ appoġġ għalih.
Dan ma nistgħux ngħidu għan-naħa tal-Oppożizzjoni hekk kif f’dan il-ħin, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina deher jidħak u fil-pront, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard kien pront jgħidlu li dawn mhux affarijiet tad-daħk.