Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal lill-ministri sħabu fl-UE li l-Unjoni trid toffri żviluppi tanġibbli kemm lill-Palestinjani kif ukoll lill-Iżraeljani jekk trid li żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala sieħeb kredibbli fil-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi stqarrija qal li dan huwa żvilupp li se jibgħat messaġġ pożittiv ta’ involviment tanġibbli tal-UE mal-Palestina. Fl-istess waqt, Malta qed tagħti s-sapport tagħha l-idea li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael jitlaqqa’, bħala pjattaforma għad-djalogu u bħala opportunità eċċellenti biex jingħaddew messaġġi importanti.
Il-qagħda serja fil-Venezwela kienet ukoll fl-aġenda tal-Ministri u l-aħħar żviluppi f’dak il-pajjiż qabel l-elezzjonijiet presidenzjali skedati għat-22 ta’ April.
Malta qed titlob lill-UE biex tibqa’ tuża l-għodod kollha li għandha sabiex tinstab soluzzjoni demokratika.