Carles Puigdemont, Politikant Spanjol li huwa favur l-indipendenza tal-Kataolnja minn Spanja, ġie arrestat fl-Italja fuq mandat ta’ arrest Spanjol.
Infatti, Spajna qed takkuża lil Puigdemont illi inċita n-nies biex jirribellaw kontra l-Gvern Spanjol permezz ta’ referendum li sar fl-2017 għall-indipendenza; liema referendum il-Qrati ddeċidew li kien illegali.
Fi żmien tar-referendum, Puigdemont kien President tal-Katalonja, iżda huwa ħarab lejn il-Belġju wara l-vot.
Qed jiġi rrapportat li l-pulizija kienu qed jistennewh fl-ajruport ta’ Sardenja. Hu se jkun qed jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin, fejn imħallef f’Sardenja se jiddeċiedi jekk għandux jinħeles mill-arrest jew jiġi estradit.