Il-Fondazzjoni Caritas Malta ppubblikat studju li jsir kull erba’ snin, li wera kif fl-aħħar snin, minħabba l-pandemija, il-prezz tal-ikel żdied.
Ta’ min jgħid ukoll li l-impatt li qed tħalli l-gwerra tal-Ukrajna ma jirriflettix f’dan l-istudju peress li l-prezzijiet mis-supermarkets u ħwienet inġabru fi Frar tal-2022.
Minn dan l-istudju ħareġ ukoll kif il-familji, barra ż-żieda tal-prezzijiet, kellhom iħallsu sew għall-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-pandemija, fosthom maskri u diżinfettant.
F’dan l-istudju l-Caritas għamlet bosta rakkomondazzjonijiet, fosthom li jkun hemm postijiet speċifiċi fejn jinġabar l-ikel li għadu tajjeb iżda li kien se jintrema u oħra sabiex jiġi organizzat trasport pubbliku minn lokalitajiet għas-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali, fost oħrajn.