Il-Ġimgħa li għaddiet fl-ITS saret Career Expo għall-istudenti biex jiltaqgħu ma’ organizzazzjonijiet fi ħdan l-Industrija tat-Turiżmu u l-Ospitalità L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) illum ospita l-ITS Career Expo fil-kampus tiegħu f’Ħal Luqa.
Din l-expo li ġiet organizzata mill-ITS fis-snin ta’ qabel, toffri esperjenza siewja għall-istudenti attwali, u tressaqhom eqreb lejn min iħaddem fis-settur tat-turiżmu u lospitalità. L-istudenti kellhom l-opportunità li jagħmlu netwerk ma’ kumpaniji ewlenin fl-industrija, jesploraw mogħdijiet potenzjali ta’ karriera, u jiżguraw l-apprendistati tagħhom.

Bħala parti mill-avveniment, l-ITS laqgħet diversi ex-studenti għal panel ta’ diskussjoni, fejn qasmu l-esperjenzi tagħhom, il-vjaġġi tal-karriera, u l-għarfien tagħhom mal-istudenti ta’ skejjel sekondarji li kienu qed jattendu l-expo. Dan ipprovda lill-istudenti fehim aktar profond tal-opportunitajiet ta’ karrieri differenti disponibbli permezz ta’ edukazzjoni mal-ITS.
Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech enfasizza li l-Career Expo Expo hija mfassla biex biex tgħaqqad l-istudenti u l industrija, u tgħinhom jibdew il-progressjoni tal-karriera tagħhom. Jgħid li l-istudenti huma mħeġġa jipparteċipaw sa mill-ewwel snin tagħhom fl-ITS, sabiex jesploraw diversi opportunitajiet fi ħdan l-industrija u jassiguraw karriera siewja.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, attenda wkoll għall-attività u ltaqa’ mal-istudenti preżenti, kif ukoll man-negozji parteċipanti.
Dan l-avveniment saħħaħ b’suċċess il-konnessjonijiet bejn l-istudenti u lprofessjonisti tal-industrija, u kompla jgħin biex inaqqas id-distakk bejn l-edukazzjoni u l-impjieg.