Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, talab għat-tkeċċija ta’ Keith Schembri mill-Partit Laburista. Fi kliem Cardona l-Partit Laburista għandu jibgħat messaġġ ċar.
“Nixtieq nagħmliha ċara wkoll li kuntrarjament għal dak li ntqal, ma kienx Keith Schembri li rebbaħ lill-Partit Laburista 10 elezzjonijiet.
Il-Partit Laburista rebaħ għax il-poplu kellu fiduċja fina,” qal Chris Cardona li tkellem dwar kif il-Partit Laburista wera li għandu l-aqwa viżjoni għall-pajjiżna.