Il-Partit Nazzjonalista, permezz tad-Deputat tiegħu Darren Carabott, inqabad jammetti li f’dik li hu sejjaħ missjoni biex tħarreġ suldati Ukreni għall-gwerra kontra r-Russja hemm biss suldat wieħed Malti, iżda fil-fatt ir-rwol ta’ dan hu strettament fuq għajnuna umanitarja.
Il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti l-impressjoni li Malta qed tħarreġ eluf ta’ suldati Ukreni għall-gwerra, iżda l-argument hu mxejjen bil-fatti kif ippreżentathom l-Armata stess li, fi stqarrija, giddbet dak li beda jgħid Carabott.
Carabott stess kellu jammetti li kull ma hemm suldat wieħed Malti.
“Hemm fizzjal li hu fil-kmand u l-kontroll ta’ din il-missjoni.”
Darren Carabott, Deputat Nazzjonalista
Carabott beda b’dikjarazzjonijiet it-Tnejn filgħaxija li Malta għandha suldati tagħha jħarrġu l-Ukreni għall-gwerra.
Pronta kienet it-tweġiba tal-Armata li giddbet dak li qal u stqarret li rapporti li hemm xi suldati Maltin jieħdu sehem f’ħidma militari huma għal kollox skorretti.
“Kontra dak irrapportat irid ikun iċċarat li mhemm l-ebda suldati Maltin jagħtu taħriġ lil suldati fl-Ukrajna”, qalet l-Armata li spjegat kif hemm suldat Malti wieħed stazzjonat l-Ingilterra, u mhux l-Ukrajna, u x-xogħol tiegħu hu biss amministrattiv fejn jiffaċilità l-komunikazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Intqal li l-għajnuna li Malta tat lill-Ukrajna kien biss dak marbut mal-qasam umanitarju, hekk kif kien mħabbar u dan b’rispett lejn il-ħarsien tan-newtralità ta’ pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista hu kontra dan, kif fil-fatt ikkonferma Carabott, li qal li Malta għandha tħarreġ is-suldati Ukreni għall-gwerra kontra r-Russja.
“Issa nagħmluha ċara, nagħmluha ċara. Partit Nazzjonalista mill-bidu nett qal li huwa importanti li Malta turi iva li ħaqqha siġġu mal-mejda f’dik li hi difiża tal-Unjoni Ewropea.”
Darren Carabott, Deputat Nazzjonalista
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li issa mhux biżżejjed li tal-Partit Nazzjonalista riedu jibagħtu lis-suldati Maltin il-ħabs, issa bdew kampanja organizzata biex jixħtu dell ikrah fuq il-Forzi Armati ta’ Malta billi jigdbu dwarhom.
Ġie nnotat dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament fejn is-suldati Maltin mhux se jiġġiedlu gwerer ta’ ħaddiehor u l-Maltin mhux se jħallsu ċenteżmu wieħed li hu wieħed biex pajjiżna jixtri l-armi u wisq inqas biex ħaddieħor jixtri l-armi.
“The officer is acting a liaison officer between the UK, who’s running the training, and the EU. Basically, it is an administrative job. We are not involved in training. Però issa se nwieġbu b’mod iktar wiesa’. Mhux se nibgħatu s-suldati tagħna jiġġieldu gwerer ta’ ħaddieħor. Ċar kristall. Ċarissimu fuq dan il-punt. Le, il-Forzi Armati tagħna mhux se jipparteċipaw fi gwerer ta’ ħaddieħor. Dik inizjattiva li tista’ issir minn ħaddieħor. Aħna mhux se nipparteċipaw. Is-suldati tagħna hawnhekk se jibqgħu magħna biex jagħmlu xogħol li hu meħtieġ hawnhekk fuq l-ibħra tagħna u mhux se jkun qed isir xogħol ieħor minnhom.”
Il-Prim Ministru Robert Abela,
Sadanittant il-Partit Laburista temm jgħid li “tal-Partit Nazzjonalista jipprovaw jagħtu lil ħaddieħor dak li hu tagħhom.”