Email żvelata mill-ORIZZONT dalgħodu hija ċara kristall. Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, kienet qed twieġeb dwar il-€250,000 li Żaren Vassallo ta lill-Partit Nazzjonalista meta qalet li għadhom qed isiru arranġamenti biex isir il-ħlas. Din l-email intbagħtet ftit tal-jiem ilu.
B’hekk, kif anke tirrapporta l-ORIZZONT, hija għal kollox gidba l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista prova jagħti (anke jekk mhux uffiċjalment) li l-flus li Vassallo ta wara d-deal tal-Lowenbrau tħallsu kollha.
“Ġejt mitlub biex nistaqsik jekk il-PN ħallasx lura lil Nazzareno Vassallo l-€250,000 li permezz tal-kumpanija tal-kostruzzjoni tiegħu kien silef lill-PN,” staqsa l-ġurnalist. Bir-risposta tkun li għadu qed ikun konkluż ftehim.