Bil-għan li titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku, f’Ottubru li ġej se tiddaħħal sistema oħra tat-trasport b’għadd ta’ karozzi elettriċi li se jintużaw għal car sharing.
Il-proġett jinsab fi stadju avvanzat tant li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet biex jiġu installati ’l fuq minn ħamsa u erbgħin stazzjon minn fejn se jkun qed jitħaddem dan il-proġett.
Din se tibda f’ Ottubru li ġej il-kumpanija Iżraeljana Car2Go se tibda tħaddem il-proġett tal-Car Sharing permezz ta’ mija u ħamsin karozza tal-elettriku.
Is-Sur Peter Paul Barbara, uffiċjal fi Transport Malta qal li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ ħamsa u erbgħin stazzjon fi bliet u rħula Maltin.
Il-ħlas għal dan is-servizz se jsir skont il-ħin li s-sewwieq idum jivvjaġġa – eżattament bħalma jsir f’pajjiżi oħra bħal fl-Ingilterrra u l-Istati Uniti.
Peter Paul Barabara minn Transport Malta qalilna li jekk eżempju tgħix Tas-Sliema u għandek laqgħa l-Belt, tmur tibbukkja l-karozza u tiġborha mill-postijiet allokati fejn ikollok RFID card u taċċessa l-karozza. Hemmhekk jibda jitnaqqaslek il-kont sakemm tmur il-Belt fil-post li trid fejn jieqaf il-billing u l-vjaġġ.
Il-ħsieb wara l-‘Car Sharing’ huwa lill-poplu juża aktar it-trasport pubbliku u jkollu diversita’ fil-mezzi tat-trasport – dan sabiex jirrikori għat-trasport pubbliku għall-anqas traffiku, iżjed effiċjenza u anqas tniġġis fl-arja.
Ir-riċerka turi li jekk sewwieq jirrikori għal dan it-tip ta’ trasport, jispiċċa jiffranka iżjed flus minn kieku jixtri karozza ġdida.