Madwar 372,000 persuna, kull sena, titlef ħajjitha wara li tgħereq, dan skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Kien minħabba f’hekk li kumpanija barranija ħolqot Kingii, tip ta’ ċappetta li tintefaħ b’mod awtomatiku, fejn tgħin biex issalvalek ħajtek jekk issib xi diffikultà waqt li tkun qed tgħum.
Dan l-apparat eletroniku għandu fih qisha bużżieqa li permezz ta’ ġibda ta’ katina, din tintefaħ f’inqas minn sekonda.
Din iċ-ċappetta qed tissejjaħ bħala l-apparat perfett għal min iħobb jipprattika xi sport tal-baħar, b’mod partikolari għat-tfal.
Filwaqt li tagħmel l-istess xogħol bħall-ġakketta tas-salvataġġ, hi 78 darba iżgħar minnha u bħall-ġakketta tista’ tintuża aktar minn darba.