Bħala turija ta’ rispett lejn il-professjonisti, tobba u infermiera li bħalissa jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Coronavirus, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex nhar it-Tlieta, 17 ta’ Marzu fid-9 ta’ filgħaxija joħroġ fil-gallarija u jagħti ċapċipa kbira lejn dawn l-eroj.
L-organizzaturi qalu li din iċ-ċapċipa ser tkun turija ta’ apprezzament għax-xogħol siewi tagħhom tul dawn iż-żminijiet ta’ sfida u fl-istess ħin isservi bħala inkoraġġiment biex jibqgħu għaddejin b’ħidmiethom.
Il-marda tal-Coronavirus laqtet lil 21 persuna f’Malta. Minkejja dan huma kollha jinsabu f’saħħa tajba tant li diġa’ fiequ żewġ persuni.
L-organizzaturi jixtiequ li din iċ-ċapċipa tinstema’ sew u għalhekk qed iħeġġu lill-pubbliku biex ixerrdu l-kelma sabiex tilħaq kemm jista’ jkun nies.