Fl-aħħar ġimgħat t-temperaturi fuq il-Mediterran kienu pjuttost elevati, dan qed iwassal sabiex temperaturi kesħin qed joħolqu kuntrast fuq il-Mediterran bil-konsegwenza li tinħoloq instabbilità u maltemp.Is-sit tat-tbassir tat-temp ‘First Malta’ rrapporta kif fl-aħħar ġranet din l-instabbilità laħqet fuq Sardinja, l-Italja u n-nofsinhar ta’ Franza, fejn jidher li fuq Malta din l-instabbilità se tkun qed tilħaq lejn tmiem il-ġimgħa, bl-ogħla probabbilità ta’ xita hija bejn il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd. Filwaqt li hemm ukoll ċans ta’ xita għall-bidu tal-ġimgħa ta’ wara.
Importanti li wieħed ikun ippreparat billi pereżempju jnaddaf bjut u jkun ċert li l-ilma tax-xita għandu minn fejn jgħaddi.