Fi tmiem il-ġimgħa li ġej hemm ċans li tagħmel ix-xita fuq il-gżejjer Maltin. Dan hekk kif se jkun qed jinħoloq kuntrast bejn temperaturi sħan li qed jaffettwaw il-gżejjer Maltin u temp iksaħ li qed joriġina mill-Punent.
Is-sit tat-tbassir tat-temp, First Malta, rrapporta kif qed jiġi indikat maltemp fuq it-Tuneżija u l-Italja b’possibbiltà li x-xita tilħaq ukoll lill-gżejjer Maltin fejn spjega kif hemm 60% ċans li tagħmel ix-xita.
Din mhix daqstant sorpriża li f’Awwissu tagħmel ix-xita hekk kif il-qawl Malti jgħid; Awwissu x-xemx taħarqu u x-xemx tmissu.