Is-sit soċjali Facebook wiegħed li se jara l-possibilitajiet ta’ ċertu restrizzjonijiet fejn jidħol ix-xandir b’mod dirett.
Dan ġimagħtejn wara li din l-għodda onlajn intużat waqt l-attakk fuq żewġ Moskej fi New Zealand.
Kienu madwar mitejn persuna li raw il-filmat ta’ sbatax-il minuta li matulu xxandru l-attakki b’mod dirett, u l-ewwel rapport minn dawk li kienu qed isegwu daħal tnax-il minuta wara.
Uffiċjal tas-sit soċjali qalet li t-tmexxija ta’ Facebook qablet li għandu jsir iktar xogħol f’dan ir-rigward – kemm biex ikun hemm restrizzjonijiet fuq xandir dirett, kif ukoll it-tixrid ta’ ċertu filmat.
Ħamsin persuna nqatlu fl-attakki fi Christchurch, u l-filmat oriġinali tagħhom iseħħu laħqu rawh mal-erbat elef persuna qabel tneħħa minn fuq Facebook.