Ministru Ingliż qal li jekk l-Unjoni Ewropea ma taċċettax il-pjan ta’ Theresa May dwar Brexit, hemm ċans li jsir referendum ieħor dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Dan il-pjan mistenni jkun diskuss għada waqt summit informali bejn il-mexxejja Ewropej dwar Brexit u l-kwisjotni tal-immigrazzjoni fl-Ewropa. Summit li għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.Il-pjan Chequers, li fasslet May mal-Gvern tagħha, ma niżel xejn tajjeb mal-poplu Ingliż, li jidher li issa qed jiddubita mid-deċiżjoni tiegħu ta’ Ġunju 2016.
Il-Ministru Mel Stride kien l-ewwel Ministru tal-Gvern Ingliż li ammetta li referendum ieħor jista’ jkun imminenit jekk il-pjan tal-Prim Ministru Konservattiva ma jgħaddix.