Jon Venables, wieħed minn żewġ qattiela li 30 sena ilu ġew ikkundannati fuq il-qtil ta’ tifel ta’ sentejn, iżda wara li skonta dik is-sentenza baqa’ jikser difru mal-ġustizzja, issa se jgħaddi parole fuq każ separat f’Novembru biċ-ċans li jinħeles.
Venables u Robert Thompson kienu ħatfu u qatlu lil James Bulger ta’ sentejn fl-1993 F’Liverpool meta t-tnejn kellhom għaxar snin.
Venables u Thompson kienu ngħataw sentenza ta’ għomor il-ħabs, iżda aktar tard ġew irrilaxxati fl-2001 u ngħataw identitajiet ġodda.
Venables, li llum għandu 40 sena, kien reġa’ spiċċa l-ħabs fl-2010 u sussegwentement fl-2017 wara li nstab fil-pussess ta’ ritratti indiċenti tat-tfal.
Is-smigħ tal-parole kellu jsir f’Ottubru tas-sena l-oħra, iżda kien ġie pospost.