Is-Senat Amerikan approva proposta għal liġi ġdida, li tista’ tara l-projbizzjoni ta’ TikTok fl-Amerka.
Il-liġi l-ġdida tagħti disa’ xhur ċans lis-sid Ċiniż ta’ TikTok, ByteDance, biex ibigħ l-ishma tiegħu, inkella l-app tiġi mblukkata fl-Istati Uniti.
Il-proposta se tgħaddi issa għand il-President Amerikan, Joe Biden, li qal li se jiffirmaha f’liġi mal-mument li tasal għandu.
ByteDance ma tat l-ebda kummenti dwar dan, iżda aktar qabel kienet qalet li se topponi kull tentattiv li jisforzaha tbigħ l-applikazzjoni.
Jekk l-Istati Uniti jirnexxielhom jikkonvinċu lil ByteDance biex tbigħ TikTok, xorta jkun hemm bżonn l-approvazzjoni minn uffiċjali Ċiniżi.
Analisti jgħidu li l-proċess jista’ jieħu s-snin.