Id-ditta sportiva Nike qalet li hija mħassba ferm bl-allegazzjonijiet ta’ stupru li qed jaffaċċja l-istilla tal- futbol Cristiano Ronaldo.
Ronaldo għandu kuntratt mad-ditta li jlaħħaq kważi €8 miljun, iżda issa, Nike qalet li se ssegwi dan il-każ mill-qrib.
Kummenti simili ntqalu wkoll mid-ditta EA Sports, li wkoll għandha kuntratt ma’ Ronaldo.
Ronaldo, li għandu 33 sena, qed jiċħad kontinwament li stupra lil Kathryn Mayorga f’lukanda f’Las Vegas lura fl-2009.