Raġel li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ingħata multa ta’ €1,000 u ngħata twissija ċara li dan kien l-aħħar ċans għalih qabel jerġa’ jintefa’ wara ċ-ċella tal-ħabs ta’ Kordin.
Ryan Briffa ta’ 27 sena minn Ħal Qormi nstab il-Marsa jdur għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu meta suppost kien qiegħed id-dar.
Hu kien ma’ raġel ieħor li għall-pulizija mhux ġdid. Sigħat iktar tard Briffa ttieħed il-Qorti u l-Qorti qaltlu li dan l-aħħar ċans.