Young offenders rehabilitation unit fl-Imtaħleb għaddejja bi proġett ta’ miljun u nofs ewro estenzjoni ta bini sabiex tkun l-unika ċentru li tilħaq iż-żgħażagħ ħabsin li għandhom taħt il-21 sena fiha.
F’dan iċ-ċentru ta’ rijalibitazzjoni bħalissa hemm 17-il ġuvni, iżda minn April, jiġifieri meta jitlesta dan il-proġett, se jidħlu ukoll tfajliet.
L-estenzjoni ta’ dan iċ-ċentru, ifisser spazju ġdid għal 52 żagħżugħ ieħor.
Il-Ministru Carmelo Abela spjega li dan iċ-ċentru qed jagħti ċans ieħor biex jingħataw l-għajnuna wara trawma psikoloġika, hekk kif l-estenzjoni se tkun qed toffri spazju fejn iż-żgħażagħ jingħataw terapija psikoloġika kif ukoll lezzjonijiet edukattivi. F’dan iċ-ċentru, se jsiru ukoll librerija u gym.
Il-Ministru fisser kif dan iċ-ċentru jfisser ċans ieħor biex dawn iż-żgħazagħ iqumu fuq saqajhom wara li tintemm is-sentenza tagħhom.